Terapiji Alternattivi u Kumplimentari

Nafu sewwa li mhux kulħadd l-istess. Dak li jaħdem għalija mhux neċessarjament jgħin lilek biex tħossok aħjar. L-iktar ħaġa importanti hija li ssib dak li jgħin lilek tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Hawnhekk għandna lista ta’ attivitaijiet li studji varji sabu li jgħinu biex ikollna saħħa mentali tajba.

Eżerċizzju

L-eżerċizzju regolari huwa tajjeb sabiex ittafi l-istress. Huwa ukoll ppruvat li eżerċizzji kardjovaskulari jgħinuk sabiex tnaqqas il-livell ta’ tensjoni u ansjeta`, filwaqt li jtejjbu is-sistema immunitarja. Meta ngħidu eżerċizzju kardjovaskulari jfisser li żżid ir-rata ta’ kemm tħabbat il-qalb għal 30 minuta sħieħa. L-eżerċizzju regolari jgħinek biex ikollok aktar kontroll fuq saħħtek, fatt li jista’ fl-istess ħin inaqqaslek l- ansjeta`.

Orqod Kemm Hemm Bżonn

Nuqqas ta’ rqad jista’ jżid ħsibijiet negattivi u jista’ jpoġġi stress żejjed fuq il-moħħ u l-ġisem. Ipprova orqod tajjeb mill-inqas seba’ jew disa’ siegħat kull lejl. Jekk għandek problemi biex torqod, ipprova segwi rutina bħal:

  • tmur torqod u tqum fl-istess ħin kuljum
  • torqod ghal ħinijiet qosra ta’ xi 15 sa 20 minuta kmieni wara nofsinhar jekk teħtieġ
  • esponi ruħek għad-dawl tax-xemx filgħodu, qatta’ aktar ħin barra matul il-ġurnata f’dawl naturali
  • evita screens li jkollhom dawl qawwi minn siegħa sa sagħtejn qabel torqod u żżgura li torqod f’kamra mudlama u friska
  • agħmel eżerċizzju regolarment
Massaġġi tal-Muskoli

Il-muskoli jistgħu jibbiesu minħabba l-istress. Il-massaġġi jgħinu biex itaffu t-tensjoni tal-muskoli u jiffaċilitaw l-fluss tad-demm lejn żoni ewlenin tal-ġisem biex tirrilaxxa l-istress u l-ansjeta`.

Yoga

Il-yoga tgħaqqad l-eżercizzji tan-nifs mal-meditazzjoni u stretching, kemm permezz ta’ pożizzjonijiet li jinvolvu moviment kif ukoll dawk jkunu statiċi. Skond l-Assoċjazzjoni tal-Ansjeta` u d-Depressjoni ta’ l-Amerika (ADAA), il-yoga hija waħda mill-aqwa għaxar prattiċi alternattivi użati biex jittrattaw varjeta` ta’ kundizzjonijiet, inklużi ansjeta` u depressjoni.

Meta pprattikat il-yoga regolarment, isir aktar faċli li tikseb dak is-sens ta’ rilassament. Ipprova rreġistra biex issegwi klassi jew lezzjonijiet privati sabiex tiżgura li tkun qed tipprattika l-pożizzjonijiet kif suppost u tevita korrimenti u ugiegħ bla bżonn.

L-Acupuncture

L-acupuncture huwa trattament tradizzjonali Ċiniż għal ansjeta`, depressjoni u kundizzjonijiet oħra. Waqt dan il-proċess, il-professjonist idaħħal labar żgħar ftit il-ġewwa mill-wiċċ tal-ġilda, f’postijiet assoċċjati mal-organi tagħna. Huwa maħsub li l-acupuncture taħdem billi tħaddem il-kimiċi tal-moħħ li jnaqqsu l-uġiegħ.

Supplimenti tal-Ikel

L-istudji juru li kuri erbali jistgħu jgħinu biex tittaffa ansjeta` ħafifa jew moderata. Ir-riċerka għadha mhix ċara fuq kemm huma effettivi dawn il-kuri, allura wieħed għandu jkun kawt meta jipprova trattamenti simili.

Wieħed għandu speċjalment joqgħod attent jekk diġa jieħu xi mediċini, u għandu jkellem tabib qabel ma jibda kuri erbali. Dan għaliex ċertu kuri kapaċi jinteraġixxu mal-mediċina psikjatrika.

Xi supplimenti li jistgħu jintużaw jinkludu:

  • Vitamina B-12, li tgħin tnaqqas l-ansjetà
  • Kamomilla mat-te
  • ‘Kava root’ li tgħin ittaffi l-livelli ta’ ansjetà pero li taf tħalli effetti severi warajha
  • Inositol is a type of carbohydrate used as a supplement. It can reduce feelings of anxiety.
  • Valerian is a supplement made from the root of a pink flower called Valeriana officinalis. It can help reduce anxiety and sleep problems.
  • Passionflower supplement is derived from the passionflower plant, and it’s thought to be moderately effective at treating anxiety.
  • L-theanine is an amino acid found naturally in green and black tea, as well as mushrooms. It’s also in supplements, and it can reduce stress and anxiety.

 

L-Ikel

L-ikel li nieklu jħalli effet fuq il-burdata tagħna. Huwa importanti li nagħżlu ikel san u sustanzjuż, u nevitaw alkoħol u sigaretti. Kul iktar ħaxix u frott. Żomm iz-zokkor tiegħek regolat billi tiekol spiss u kun ċert li l-platt tiegħek għandu varjeta` ta’ proteini, karboidrati u xaħmijiet tajbin għas-saħħa.

L-Omeopatija

Għalkemm ftit studji juru effettività tal-omeopatija, professjonisti omeopatiċi jistgħu jirrikomandaw xi wħud minn dawn ir-rimedji għal-ansjeta`. Dan isir wara li jkun ġabar biżżejjed informazzjoni fuqek biex isib l-aħjar rimedju għalik.

  • Aconitum . Għall-ansjeta` li ġġib magħha qalb mgħaġġla u qtugħ ta’ nifs.
  • Arsenicum album . Għall-ansjeta` eċċessiva li ma jidhirx li hemm kawża ċara minn fejn ġejja, u li tfixkel lil dak li jkun milli jorqod sew.
  • Phosphorus . Tista’ tingħata għal min jinkwieta ħafna jew min jiġi affetwat mill-anjseta` tal-oħrajn
  • Lycopodium . tgħin biex il-persuna jkollha iktar kunfidenza
  • Gelsemium . Għal min jinkwieta ħafna u ansjeta` li twassal għal diarrhea, uġiegħ ta’ ras, telqa, sturdament, rogħda u diffikulta biex jitkellem.
  • Argentum nitricum . Simili bħal ta’ fuqha, għal min jinkwieta ħafna u ansjeta` li twassal għal diarrhea, uġiegħ ta’ ras, telqa, sturdament, rogħda u diffikulta biex jitkellem

 

L-Acupuncture

Some evidence shows that acupuncture may help reduce symptoms of anxiety, especially when combined with behavioral therapies, including psychotherapy. One study showed that benefits lasted as long as one year after treatment.

Acupuncturists treat people with anxiety based on an individualized assessment of the excesses and deficiencies of qi located in various meridians. With anxiety, a qi deficiency is often detected in the kidney or spleen meridians. In addition to performing needling treatments, acupuncturists may also use lifestyle and breathing techniques, as well as herbal and dietary therapy.

Mindfulness
  1. Minfulness hija prattika li tgħinek tiffoka fuq il-preżent. L-għan tagħha huwa li tgħinek tagħraf u taċċetta emozzjonjiet diffiċli, mingħajr ma teħel jew tehwden fuqhom.
  2. Meta nagħrfu u naċċettaw l-emozzjonijiet li nkunu qed inħossu tgħinna biex nimxu l-quddiem minnhom. Mindfulness tgħin ukoll biex tifhem x’qed jikkawża l-istress u l-inkwiet.
  3. Minflok tevita jew tiġġieled dak li qed tħoss, mindfulness tgħinek tagħraf x’qed jiġri u toħodha bħala opportunita` biex tgħinek tiskopri iktar fuqek innifsek. Fl-aħħar nett, mindfulness tgħinek tibni spazju madwarek il-bogħod mill-inkwiet, sabiex ikollok iċ-ċans tkun fuq il-kwiet u tirkupra saħħtek
Meditazzjoni

Meditazzjoni Il-meditazzjoni tista’ tgħinek issib sens ta’ kalma, paċi u bilanċ,

, mhux biss waqt li tkun qed tipprattika imma anke fil-ħajja personali tiegħek.

Meditazzjoni u Emotional Well-Being

When you meditate, you may clear away the information overload that builds up every day and contributes to your stress.

Hija effettiva biex tnaqqas l-istress billi tgħinek:

  • tara sitwazzjonijiet minn lenti differenti
  • tibni għodda ġodda biex tieħu ħsieb il-livelli ta’ stress tiegħek
  • iżżid l-għarfien tiegħek innifsek
  • tiffoka fuq il-preżent
  • tnaqqas l-emozzjonijiet negattivi
  • iżżid l-immaġinazzjoni u l-kreattività
  • iżżid il-paċenzja