Sapport
Servizzi
Mhux kull ġurnata l-istess. Kapaċi jiġu ġranet fejn inħossuna tajbin, u oħrajn fejn kollox jinħass wisq diffiċli. Hu x’inhu dak li qed tħoss, hawn l-għajnuna. Jeżistu servizzi differenti ddiżinjati apposta biex jgħinuk.
Li tfittex l-għajnuna l-ewwel darba mhux bilfors xi ħaġa faċli. Ftakar li meta qed titkellem ma’ professjonist, qed titkellmu b’kunfidenzjalita`.
Hawnhekk għandek issib lista ta’ servizzi differenti li tista’ ssib lokalment. Jekk inti jew xi ħadd li taf qegħdin fil-periklu, importanti li ċċempel 112 għal għajnuna immedjata.
F’każ ta’ kriżi, tista tirċievi riferiment mid-Dipartiment tal-Emerġenza għas-servizz tal-Crisis Resolution Home Treatment. Dan huwa servizz b’xejn bi professjonisti differenti jaħdmu flimkien, li hu miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd bejn is-07:00 u s-18:00. Dan is-servizz jiġi pprovdut id-dar u fil-komunità, u jgħin biex inaqqas il-bżonn li persuna tidħol l-isptar minħabba problemi ta’ saħħa mentali. Għal iktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 23304500/1.
Linji ta’ Sapport
Dawn il-linji tat-telephone u chats joffru sapport emozzjonali immedjat. Tixtieq tkellem lil xi ħadd issa? Dawn t’hawn taħt huma servizzi b’xejn.
Fondazzjoni Richmond
(Tnejn-Ġimgħa, 8am-8pm
Is-Sibt, 8am-4pm)
Helpline Saħħa Mentali
(Disponibbli 24-siegħa kuljum)
1579
Ibgħat messaġġ fuq OLLI Chat
(Tnejn-Ġimgħa, 8am-8pm
Is-Sibt, 8am-4pm)
Kellimni.com
(Disponibbli 24-siegħa kuljum)
Terapija
Hemm numru ta’ għażliet jekk tixtieq tibda terapija.
Jekk tixtieq taċċessa servizzi b’xejn permezz tas-sistema tista’ titlob riferiment minn tabib għal waħda mill-kliniċi tas-saħħa mentali.
Jekk inti student, tista’ tagħmel użu minn servizzi tal-counselling offruti mill-post fejn qed tistudja, bħal dawk offruti l-Ġ.F Abela Junior College, il-GCHSS, l-MCAST, jew l-University of Malta. Jekk taħdem, ikun tajjeb tiċċekkja il-post tax-xogħol tiegħek joffrix Employee Assistance Programme (EAP), bħal dak offrut mir-Richmond lil numru ta’ kumpaniji u entitajiet, jew l-Employee Support Programme (ESP) offrut lill-impjegati tas-servizz pubbliku.
Apparti minn hekk, entitajiet differenti joffru terapija b’xejn jew issusidjata (madwar €15 kull sessjoni) minn studenti tat-terapija. Is-sessjonijiet ikunu ma’ studenti tal-Masters fit-tielet u l-aħħar sena tat-taħriġ tagħhom, taħt superviżjoni minn terapista warranted. Dawn is-servizzi offruti mir-Richmond, Kellimni, l-Institute of Family Therapy Malta, ir-Rainbow Support Service għal individwi u familji LGBTIQA+, Victim Support Malta għal vittmi ta’ krimini, nies li esperjenzaw attakk sesswali jew li ġew affetwati mis-suiċidju u l-Care for Victims of Sexual Assault (CVSA).
Jekk xi ħadd jirrikomandalek professjonist, tajjeb li tiċċeekkja l-kwalifiki ta’ dak li jkun. Tista taċċessa r-Reġistru tal-Warrant tal-Psikoterapisti hawnhekk, ir-Reġistru tal-Warrant tal-Counsellors u r-Reġistru tal-Warrant tal-Psikologi hawnhekk.
Jekk m’intix ċert min jista’ jkun l-aħjar professjonist għal bżonnijiet li tixtieq tindirizza, tista’ tikkuntattja l-helplines li hawn imniżżlin hawn fuq biex tieħu rakkomandazzjonijiet fuq l-esperjenza, it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti.
Gruppi
Dawn huma gruppi offruti minn NGOs li jaħdmu biex joffru spazju lil nies li għaddejin minn sitwazzjonijiet simili. Dawn il-gruppi joffru l-opportunita` li taqsam l-istejjer tiegħek u dak li għenek fi żmien diffiċli.
St. Jeanne Antide Foundation
Sapport Emozzjonali
Fondazzjoni Richmond
Grupp għal nies li jbatu bl-Ansjetà
Sapport fil-Komunità
Jeżistu servizzi għal nies li jgħixu b’diffikultajiet ta’ saħħa mentali fil-komunita`. L-għan huwa li jingħata sapport fid-dar tal-persuna u jgħinu biex il-persuna tintegra iktar fis-soċjeta`.
Tim tal-Community Outreach
2330 4236
Fondazzjoni Richmond, Servizz ta’ Sapport fil-Komunita`
2122 4580
Servizz LWIEN, Fondazzjoni St Jeanne Antide
2180 8981 / 2180 9011 / 2767 2367
sjafngo@gmail.com
Fondazzjoni St. Jeanne Antide
Kliniċi ta’ Saħħa Mentali
Sapport fejn jidħol Abbuż fuq Persuni Vulnerabbli
Dawn l-organizzazzjonijiet joffru sapport fejn ikun hemm sitwazzjoniet ta’ abbuż, u joffru anke sapport legali.
Kummissarju tas-Saħħa Mentali
Dr. John M. Cachia
Sapport SOAR
SOAR Malta
Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali
Servizzi Residenzjali
Sapport disponibbli 24 siegħa għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali li qabel kienu jgħixu fl-isptar psikjatriku.
Fondazzjoni Richmond
2122 4580
Fondazzjoni Suret il- Bniedem
Fondazzjoni Suret il-Bniedem
Tfal u Żgħażagħ
Dawn huma s-servizzi disponibbli għal tfal u żgħażagħ li qed jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali.
Child and Young Person’s Services (CYPS)
2595 1799 / 2595 1800 / 2595 1801
Fondazzjoni Richmond
2258 6700