50,000 persuna f’Malta bħalissa jgħixu bl-ansjetà u d-dipressjoni.

Il-viżjoni ta’ Kif Int hi li tiżgura li kulħadd ikollu l-aħjar saħħa mentali possibli. Is-saħħa mentali tinkludi l-partijiet emozzjonali, psikoloġiċi u soċjali ta’ ħajjitna. Saħħitna taffetwa kif naħsbu, kif inħossuna u kif inġibu ruħna fil-ħajja ta’ kuljum. Skond kemm inkunu qed inħossu tajbin jaffettwa kif inkampaw mal-istress, kif inkunu ma’ ħaddieħor u x’għażliet nagħmlu. Kif Int qiegħda hawn biex toffri informazzjoni fuq il-fatti, għazliet u soluzzjonijet li jeżistu fejn tidħol saħħa mentali. L-għan tagħna huwa li nippromwovu informazzjoni lil kull min hu għaddej minn diffikulta` ta’ saħħa mentali.

Messaġġ mill-Fundatur

Huwa b’sens ta’ kburija li nsib lili nnifsi naħdem biex is-saħħa mentali tiġi fuq quddiem għas-soċjeta` Maltija. Dan is-suġġett illum il-ġurnata qed jiddomina l-aħbarijiet ewlenin u ħafna iktar nies qed jitkellmu fuqu. Iżda fil-verita`, kemm verament nafu fuq is-saħħa mentali?

Il-verita` hi li l-maġġorparti tad-drabi, is-saħħa mentali tiġi mwarrba fil-ġenb u ma titteħidx bis-serjeta`. Filfatt, ħafna nies għad m’għandhomx l-għarfien meħtieġ biex nifhmu kemm is-saħħa mentali tista’ taffettwa l-ħajja ta’ kuljum, l-uġiegħ li taf iġġib magħha u kemm tista’ tiżola nies li jitħallew mingħajr għajnuna jew tama.

L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva hu li nagħtu prijorita` lis-saħħa mentali fis-soċjeta`, u b’hekk ngħinu lin-nies jitgħallmu, jifhmu iktar u jkunu jafu kif jistgħu jgħinu lil min qed jiġġieled battalji siekta. Aħna nemmnu li fejn ikun hemm iktar informazzjoni u għarfien, ser ikun hemm iktar kompassjoni, relazzjonijiet aħjar u determinazzjoni biex kollha kemm aħna nagħmlu aktar għal min għaddej minn żminijiet diffiċli.
Meta nifhmu verament x’jiġifieri li tgħix bi problemi ta’ saħħa mentali u li jkollok saħħa mentali tajba, ikollna soċjeta` li taħdem biex tgħin lil min hu l-iktar vulnerabbli.

Sinċerament nispera li dawn ir-riżorsi, informazzjoni u pariri li tista’ ssib hawnhekk jistgħu jgħinu lil dawk li jinsabu waħidhom jew m’għandhomx fejn imorru għal gwida, ispirazzjoni u tama.

Finalment nixtieq nirringrazzja lil Daniela Calleja Bitar u lil Svetlana Gatt mill-Fondazzjoni Richmond tax-xogħol, l-għajnuna u l-ġenerożita` tagħhom. Nirringrazzja lil Mario Cachia Caruana u Matthew Spiteri minn SANCHO li huma l-ġenji kreattivi wara dan il-proġett, li bid-direzzjoni tagħhom inħolqot Kif Int.com. Nirringrazzja lil Jon Mallia; l-immaġinazzjoni brillanti u bil-qalb filosofika tiegħu nġorrha miegħi kuljum. U fl-aħħar nett, nirringrazzja lil dawk l-individwi kollha li qasmu l-istejjer tagħhom magħna, il-battalji u r-realta` onesta ta’ ħajjithom. Insellmilkom.


Nicholas J. Gatt
Amigos, Fundatur u Direttur Eżekuttiv

Stejjer Minn Ħajjitna

Il-Pass

Il-Pass

F'lejla bħal oħrajn ma sibtekx Iġġennint u ġejt niġri nfittxek U hemm fit-tarf tal-irdum sibtek Qed taħsiba ttihiex għal isfel. Pruvajt bil-mod lejk jiena nersaq Ma nħallikx tagħmel dak il-pass Dak il-pass li hsiebtu int bieb Bieb li kulma kien hu tmiem. Xejn iżjed ma...

Living with Psychosis

Living with Psychosis

By Matthew Paris “I thought of the voices as … something a little different from aliens. I thought of them more like angels … It's really my subconscious talking, it was really that … I know that now.” This quote is from John Nash, a Nobel Prize winning mathematician...