Donazzjonijiet

Amigos Foundation ingħaqdu mal-Fondazzjoni Richmond biex tinħoloq Kif Int, bil-għan li tipprovdi iktar informazzjoni fuq l-iktar kundizzjonijiet u trattamenti komuni f’Malta u Għawdex. Kultant, ikun hemm min ikollu bżonn iktar sapport minn telefonata waħda jew konverżazzjoni fuq chat. Dan is-sapport jinkludi għajnuna professjonali minn xi ħadd mħarreg fis-saħħa mentali u anke terapija.

Id-donazzjoni tiegħek ser tkompli tagħti sapport lil Gift of Therapy, inizjattiva tal-Fondazzjoni Richmond biex tkompli tipprovdi għajnuna professjonali b’xejn lil kul min għandu bżonn imma ma jistax iħallas għaliha. Żur is-sit biex taqra iktar.

AGĦTI DONAZZJONI