Il-Fatti

X’nifhmu meta ngħidu saħħa mentali?

Ħafna drabi wieħed jaħseb li s-saħħa mentali hija biss meta persuna tkun qiegħda tbati mill-ansjeta` jew mid-dipressjoni, pero` dan mhuwiex il-każ. Kull wieħed u waħda minna għandna s-saħħa mentali tagħna u filwaqt li hawn individwi li s-saħħa mentali tagħhom tkun f’saħħitha, hawn oħrajn li minħaba diversi esperjenzi diffiċli li l-ħajja tista’ toħloq, is-saħħa mentali tiġi affettwata b’mod negattiv. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-bniedem jaf iħossu waħdu u mitluf, pero` permezz tal-għajnuna professjonali wieħed jista’ jsib l-appoġġ meħtieġ. Fatt importanti huwa li meta wieħed jieħu ħsieb is-saħħa mentali u jagħtiha prijorita`, isibha iżjed faċli biex jikkontrolla l-istress li l-ħajja tista’ toffri, ngħidu aħna fuq il-post tax-xogħol u fir-relazzjonijiet li wieħed ikollu ma’ dawk l-aktar għeżież għalih.

Persuna li tbati mill-ansjeta` tista’ tgħid li ‘‘Bħalissa mhux inħossni daqshekk tajjeb/tajba, qed inħoss il-livelli ta’ ansjeta` għoljin.’’

Kif tinduna li s-saħħa mentali tiegħek qiegħda tiġi affettwata b’mod negattiv?

Għal diversi snin, kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali bħall-ansjeta` u d-dipressjoni ma kinux jiġu diskussi fil-komunità minħabba l-istigma li kien hawn, speċjalment lejn ċertu kundizzjonijiet. Ngħidu aħna, meta wieħed jikser driegħu, normalment it-tobba jirrikkomandaw li jsir X-ray u li jirċievi t-trattament meħtieġ biex jibda l-proċess ħalli jirkupra. Għalkemm mhux faċli, ikun hemm min jirnexxielu jaħbi sintomi tas-saħħa mentali biex ma jurix x’qed jesperjenza.

Wieħed jista’ ma jindunax li qiegħed ibati mill-ansjeta` u jaf jaħseb li dawn huma emozzjonijiet assoċjati ma’ ċerti stadji jew avvenimenti fil-ħajja, bħal ċertu esperjenzi stressanti. Jista’ jkun ukoll li naħsbu li għandu x’jaqsam ma żvilupp bijoloġiku bħal hormones, jew naqtugħha li dak huwa l-karattru tal-persuna. Sfortunatament, huwa komuni li s-saħħa mentali u l-kundizzjonijiet varji li nsibu ma jiġux diskussi ma’ familjari jew ħbieb. Infatti, għad hawn ukoll stigma relatata mas-saħħa mentali minn xi kulturi.

B’hekk ħafna min-nies li jkunu qegħdin ibatu jagħżlu li ma jitkellmux fuq id-diffikultajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom, sforz tal-fatt li ma jiġux mismugħa, ma jittiħdux bis-serjeta` jew għax jibżgħu li ħaddieħor se jħares lejhom b’mod differenti.

Nagħmlu l-ewwel pass

Persuna li tbati minn xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali bħall-ansjeta` u d-dipressjoni, importanti li tiftakar li qatt m’hi waħidha u li hawn diversi professjonisti li jixtiequ jgħinuha u jimxu magħha f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Il-viżjoni ta’ Kif Int hija li kull individwu jieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħu bl-aħjar mod possibbli.

Sabiex nissapportjaw lill-persuni li qiegħdin ibatu minn xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali li sfortunatament tista’ wkoll twassal għal ħsibijiet ta’ suwiċidju, jeħtieġ li nifhmu aħjar x’inhi verament is-saħħa mentali u kif aħna nistgħu ntejbuha u nieħdu ħsiebha. Permezz ta’ dan, aħna lkoll nistgħu nikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ problemi mentali u b’hekk, inkunu qegħdin ngħinu lilna nfusna u lil min jiltaqa’ ma’ dawn id-diffikultajiet. Ftakar li kulħadd għandu saħħa mentali u huwa importanti li kulħadd jieħu ħsiebha.

Stejjer Minn Ħajjitna

Attending Therapy

Attending Therapy

By Daniel Tihn Before delving into the article, I should first make it clear that I will be touching on some personal experiences regarding therapy and how it has helped me both in the past and the present. While I will not be going into great detail regarding past...

Mental Health & Middle-Aged Men: The Importance of Awareness

Mental Health & Middle-Aged Men: The Importance of Awareness

By Daniel Tihn Mental health has been discussed widely, so why are we writing this? Well, this article is for you, the person reading this, the person who might feel alone in a world filled with happy Facebook posts, the person who un-rightly believes that everyone...