Trattamenti għad-Dipressjoni
Ma teżistix soluzzjoni waħda għal kulħadd. L-aħjar riżultati jiġu meta dak li jkun jinkludi għajnuniet differenti, bħal sapport m’għand il-qraba u ħbieb, nitgħallmu strateġiji kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna, u sapport psikoloġu u mediku fejn meħtieġ.
Minn Fejn Tibda
Ir-riċerka turi li t-terapiji psikoloġiċi huma l-iktar trattament effettiv għal min jesperjenza l-anjseta` ħafifa jew moderata. Madanakollu, jekk is-sintomi jsiru iktar severi, il-mediċina tista’ tgħin. Huwa importanti li l-mediċina ma tkunx l-ewwel għażla, u jkun tajjeb li tara għażliet oħra qabel. Filfatt, huwa biss meta l-mediċina tingħata wisq kmieni u mingħajr konsultazzjoni li nirrikomandaw li tikkunsidra għażliet oħra. Ħafna drabi naħsbu li b’pillola ser insolvu kollox, liem fehma tista’ tagħmel iktar ħsara milli ġid. Agħrbel l-għażliet tiegħek, uża r-riżorsi kollha u ara x’inhu l-aħjar għalik.
Jekk il-mediċina tkun l-għażla tiegħek, kun ċert li taħdem ma’ psikologu jew terapista u psikjatra, biex ikunu jistgħu isegwuk u jaħdmu flimkien. Dan sabiex ma jiġux trattati biss is-sintomi iżda wkoll jekk ikun hemm xi diffikultajiet psikoloġiċi. Hemm ħafna trattamenti effettivi għad-dipressjoni, u iktar ma tfittex l-għajnuna kmieni, iktar tirkupra malajr.
L-Importanza li Taġixxi Kmieni
Li tieħu azzjoni kmieni biex tieħu ħsieb problemi ta’ saħħa mentali bħad-depressjoni huwa ideali. Meta wieħed iħalli għall-aħħar biex ifittex għajnuna professjonali,is-sintomi li jkollu jistgħu jiggravaw u jagħmluha aktar difficli biex il-kura taħdem.
X’Tista’ Tagħmel
Tibdiliet fl-Istil ta’ Ħajja u Sapport
L-istil ta’ ħajja u s-sapport minn dawk ta’ madwarna jafetwaw is-saħħa mentali tagħna mux ftit. Riċerka turi li s-sintomi tad-dipressjoni jonqsu meta aħna naddottaw stil ta’ ħajja tajjeb li jinkludi l-eżerċizzju u dieta tajba.
Mindfulness u Meditazzjoni
Mindfulness hija teknika fejn wieħed jiffoka u jkun konxju tas-sensazzjonijiet u s-sentimenti tiegħu stess. B’hekk il-mindfulness hija mmirata biex tgħinna biex ma nibqgħux mwaħħla fil-passat jew inkwetati dwar il-futur.
Terapija Psikoloġika
Trattamenti Mediċi għad-Dipressjoni
Hemm diversi sitwazzjonijiet fejn il-mediċina tista’ tkun ta’ għajnuna kontra d-dipressjoni. L-istudji juru li l-mediċina hija l-aktar effettiva meta tkun abbinata mal-psikoterapija.
X’Tista’ Tagħmel
Trattamenti għad-Dipressjoni
Tibdiliet fl-Istil ta’ Ħajja u Sapport
Nadottaw Drawwiet Ġodda fil Ħajja ta’ Kuljum
L-istil ta’ ħajja u s-sapport minn dawk ta’ madwarna jafetwaw is-saħħa mentali tagħna mux ftit. Riċerka turi li s-sintomi tad-dipressjoni jonqsu meta aħna naddottaw stil ta’ ħajja tajjeb li jinkludi l-eżerċizzju u dieta tajba. Għal kuntrarju, vizjijiet ħżiena bħal abbuż mid-droga u xorb jagravaw is-sintomi tad-dipressjoni.
Barra minn hekk, is-sapport ta’ dawk ta’ madwarna jista’ jagħmel differenza kbira. Huwa importanti li f’ħajjitna jkollna nies li jistgħu jkunu hemm għalina u jismgħuna. Dan jgħinna biex nitkellmu u niftħu qalbna meta jkun żmien ftit diffiċli.
Kultant, li tmur x’imkien għal kwiet jaf tgħinek tieħu nifs u tapprezza n-natura. Dawn huma xi wħud mill-postijiet favoriti tagħna.
Mindfulness u Meditazzjoni
Insibu ftit kwiet, grounding u strateġiji ta’ rilassament.
Mindfulness hija teknika fejn wieħed jiffoka u jkun konxju tas-sensazzjonijiet u s-sentimenti tiegħu stess. B’hekk jirnexxielna li nkunu fil-mument preżenti u konxji ta’ dak li qed jiġri f’dak il-mument. Il-mindfulness hija mmirata biex tgħinna biex ma nibqgħux mwaħħla fil-passat jew inkwetati dwar il-futur. Eżerċizzji tan-nifs jew “L-Eżerċizzju tal-Ħames Sensi” huma magħrufa li huma modi faċli u ta’ malajr biex tipprattika l-Mindfulness.
Jeżistu saħansitra apps li jgħinuk tibda tagħmel meditazzjoni – żur din il-paġna għal iktar informazzjoni.
Terapija Psikoloġika
Tesplora l-passat tiegħek, tifhem il-preżent u tħares il-quddiem lejn il-futur.
It-terapija hija waħda mill-għażliet ta’ trattament fejn tidħol id-depressjoni. Bit-terapija, l-individwu jibni relazzjoni terapewtika mat-terapista tiegħu u jesplora kif is-saħħa mentali tiegħu qed tħalli impatt fuq il-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Dan isir bil-għan li tnaqqas l-effetti negattivi li l-kundizzjoni tista’ tikkawża. Hemm diversi terapiji u llum il-ġurnata individwi għandhom ukoll l-għażla għat-terapija online.
Modalitajiet differenti joffru approċċi u perspettivi differenti. L-iktar fattur importanti huwa r-relazzjoni li tiżviluppa mat-terapista tiegħek. L-approċċ ta’ kull terapista se jkun uniku, u r-relazzjoni terapewtika hija kruċjali biex it-terapija tkun effettiva. Huwa għal din ir-raġuni li għandek bżonn tkun żgur li tħossok komdu mat-terapista tiegħek.
Terapija Individwali
Il-persuna flimkien mat-terapista tesplora dak li qed jiġri fil-ħajja tal-persuna. Jista jkun li inti tkun trid tiddiskuti kwalunkwe diffikultà attwali li qed taqsam mat-terapista, jew tuża din l-opportunità biex tkun tista tikber aktar. Jista’ jagħti l-kas li tkun trid ittejjeb id-drawwiet ta’ komunikazzjoni tiegħek jew tagħmel sens min xi avvenimenti li ġraw f’ħajtek.
F’każ fejn ikun ġie konfermat li il-persuna tkun qed dbati min xi disoardni, it-terapija tista’ tgħin biex tesplora kwalunkwe fatturi ta’ stress jew kawżi, u kif is-sintomi qed jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Flimkien mat-terapista, l-individwu mbagħad jitgħallem kif jagixxi bill-ħsibijiet li qabel kienu diffiċli biex jiġu ttrattati.
Cognitive Behaviour Therapy (CBT)
It-terapija CBT hija bbażata fuq il-kunċett li l-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, is-sensazzjonijiet fiżiċi, u l-azzjonijiet tagħna huma konnessi, u li ħsibijiet u emozzjonijiet negattivi jistgħu iżommu persuna f’ ċiklu vizzjuż. CBT jgħin lill-persuna taffaċċja l-problemi b’mod aktar pożittiv billi taqsamhom f’partijiet iżgħar. Wieħed jitgħallem idawwar rutini negattivi f’oħrajn pożittivi biex iħossu aħjar. Is-CBT tiffoka fuq problemi kurrenti u tgħin lill-persuna ttejjeb l-istat mentali tagħha b’modi prattiċi.
EMDR
Tapplika l-iżjed għal persuni li qed jesperjenzaw sintomi ta’ trawma, fosthom fejn l-memorja ma tkunx ġiet proċessata sew. Dawn il-memorji jistgħu jinkludu emozzjonijiet, ħsibijiet, u sensazzjonijiet fiżiċi simili għal dawk esperjenzati waqt it-trawma. L-EMDR hija terapija strutturata li tiffoka fuq dawn il-memorji flimkien ma’ eżerċizzji partikolari bil-moviment tal-għajnejn. Dan iwassal għat-tnaqqis ta’ memorji vividi u emozzjonijet assoċjati mat-trawma. L-EDMR tiffoka direttament fuq il-memorja u hija mmirata biex tibdel il-mod ta’ kif il-moħħ iżomm il-memorja. B’hekk, jitnaqqsu u jiġu eliminati s-sintomi problematiċi.
Terapija tal-Familja
Terapija tal-familja taħdem kemm fuq livell individwali kif ukoll ma’ koppji, familji, jew gruppi. Taħdem kemm ma’ tfal kif ukoll ma l-adulti, kemm jekk ikun hemm problema ta’ saħħa mentali, kif ukoll jekk ikun hemm problemi ġenerali. Hija effettiva bħala terapija matul l-istadji ta’ żvilupp kollha tal-ħajja – miċ-ċokon sax-xjuhija. Din it-tip ta’ terapija tuża r-relazzjonijiet bħala riżors sabiex tgħin tnaqqas id-diffikultajiet tal-membri kollha tal-familja.
Qed taħseb biex tibda t-terapija? Hawnhekk tista’ ssib informazzjoni fuq x’tista’ tistenna mill-ewwel appuntament.
Trattamenti Mediċi għad-Dipressjoni
Nifhmu l-kimiċi fil-moħħ.
Hemm diversi sitwazzjonijiet fejn il-mediċina tista’ tkun ta’ għajnuna kontra d-dipressjoni. L-istudji juru li l-mediċinahija l-aktar effettiva meta tkun abbinata mal-psikoterapija.
Id-deċiżjoni jekk il-persuna tibdiex il-mediċina tiġi bbażata fuq kemm hi severa l-kundizzjoni u kemm qed tħalli impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuna.
Il-mediċina tista’ ukoll tkun bżonjuża jekk il-kundizzjoni tkun wisq severa biex tħalli l-psikoterapija taħdem. Trattamenti li tabib jew psikjatra jista’ jirrikomanda jinkludu: (i) ‘Antidepressant medication’, li ġieli niddiskrivuhom bħala kalmanti. Dan huwa l-iktar trattament mediku komuni u jingħataw meta l-kundizzjoni tkun moderata jew severa, jew inkella meta għajnuniet oħra ma jkunux ħadmu fuq il-persuna. (ii) Mediċina li tirregola l-burdata (mood stabilisers) li tiġi preskritta anke għal min jgħix bid-diżordni bipolari (iii) Mediċina li tingħata għal sintomi tal-psikosi (mediċini antipsikotiċi/antipsychotic medication). Għalkemm din normalment tingħata lill-persuni li għandhom kundizzjonijiet tal-psikosi bħal skizofrenija, tista’ wkoll tkun ta’ benefiċċju għal min ikun qed jesperjenza d-dipressjoni, id-diżordni bipolari jew inkella jekk mediċina oħra ma ħadmitx.
Nies li jkunu qed jesperjenzaw dipressjoni jistgħu ikunu qed jiġugħhom ħsibijiet ta’ suwiċidju. Iktar ma tieħu ħsieb il-kundizzjoni, iktar dawn il-ħsibijiet ser jonqsu. Madanakollu, il-persuna għandha bżonn tkun segwita sew minħabba li minn meta tibda l-mediċina sa meta l-mediċina tibda taħdem, ir-riskju li l-persuna tweġġa lilha nnifisha jista’ anke jiżdied, speċjalment f’dawk ta’ eta` żgħira.
X’inhuma s-side effects?
Il-mediċina kontra d-dipressjoni tista’ tgħinek tħossok aħjar, madankollu mhux ser tbiddel il-personalita` tiegħek jew tferrħek il-ħin kollhu. Bħal kull mediċina, hemm ċans illi wieħed jesperjenza xi forma ta’ side effects. Huwa importanti ferm li kemm ir-riskji u kemm il-benefiċċji tal-mediċina jiġu diskussi mat-tabib. Fakar li għandek kull dritt tistaqsi għall-informazzjoni fuq il-mediċina tiegħek sabiex tkun infurmat u jkollok kontroll fuq it-trattament tiegħek.
Nies differenti jesperjenzaw sintomi differenti, pero side effects komuni jinkludu dardir, uġiegħ ta’ ras, ansjetà, għaraq, sturdament, aġitazzjoni, żieda fil-piż, ħalq xott, u diffikultajiet sesswali.
Jista’ jkun li dawn is-sintomi ma jdumux fit-tul, pero huwa tajjeb li min jesperjenza dawn is-sintomi jżur tabib għal parir mediku. Huwa importanti li nsemmu li persuna m’għandha qatt taqbad u twaqqaf mediċina mingħajr ma tavża lit-tabib tagħha, għax dan jista’ jkollu konsegwenzi serji.
Kemm għandi ndum nieħu il-mediċina?
Simili għall-mediċini oħrajn, il-pilmli jieħdu ftit taż-żmien sabiex jibdew jaħdmu u biex ikunu effettivi. Ikun hemm persuni li kapaċi jibbenefikaw mill-mediċina għal perjodu qasir ta’ żmien. Oħrajn ikollhom bżonn jieħdu il-mediċina għal perjodu itwal, bl-istess mod li xi ħadd li jbati minn kundizzjoni bħad-dijabete jkollu bżonn jieħu pilmli jew l-insulina sabiex jikkontrolla il-kundizzjoni tiegħu.
Huwa importanti li wieħed ma jwaqqafx il-mediċina jew inkella jibda’ jieħu mediċina mingħajr ma jikkonsulta tabib għal gwida. It-tabib tal-familja jew inkella psikjatra jistgħu jkunu ta’ għajnuna meta wieħed ikun qiegħed ifittex it-trattament ideali għalih. Dejjem iddiskuti xi mistoqsijiet, bħal per eżempju fuq l-effetti tal-mediċina, mat-tabib jew psikjatra sabiex tkun tista’ tara x’inhu l-aħjar trattament għalik.
Stejjer Minn Ħajjitna
Is-saħħa mentali, ir-relazzjonijiet u l-lingwi tal-imħabba
Fil-qasam tar-relazzjonijiet, li nifhmu kif aħna u l-partners tagħna nesprimu u nirċievu l-imħabba tista’ tittrasforma l-mod kif ningħaqdu u nikkomunikaw bejnietna.
You wouldn’t do that in public.
Whatever definition you give social media, and whatever it’s used for, it seems impossible to deny that it acts as an extension of our public situation, and therefore, should be treated like so.
X’inhi t-terapija?
Spiss naħsbu li t-terapija hija xi ħaġa fejn tmur titkellem jew tiftaħ qalbek ma’ professjonist. Madanakollu, it-terapija taf toffri ħafna iktar minn hekk. Tista’ tkun spazju sigur fejn tagħraf diffikultajiet u l-impatt li qed ikollhom fuq ħajtek, u ssib mezzi ta’ kif...