Nifhmu l-Ansjetà

X’inhi l-Ansjetà?

Kulħadd jesperjenza l-ansjetà f’xi punt jew ieħor f’ħajtu.

Għalkemm l-ansjetà tista tkun skomda f’ xi mumenti, din tista tgħin biex nevitaw sitwazzjonijiet li jistgħu ikunu ta’ periklu. Din tgħin ukoll biex insolvu problemi ta’ kuljum.

L-ansjetà tista’ tvarja minn ħsibijiet ta’ inkwiet għal stat ta’ paniku. Meta l-ansjetà tippersisti tista’ ġġiegħlek tħossok għajjien u mingħajr saħħa, tibda tara l-affarijiet agħar milli huma u tista żżommok milli tikkontrolla l-biżgħat tiegħek. Jeżistu tipi differenti ta’ kundizzjonijiet tal-ansjetà. Liem dijanjosi tingħata jiddependi mit-tip ta’ sitwazzjonijiet li qed jikkawżaw l-ansjuża u l-ħsibijiet li tesperjenza l-persuna li jżidu l-livell t’ansjetà.

L-ansjetà tista’ tkun esperjenza tal-biża għal ħafna nies, pero m’hiex perikoluża u la darba persuna titgħallem kif tista’ tagħrafha u tikkontrollha jista’ jkollha ħajja sodisfaċenti. Hemm ħafna modi kif tikkontrolla l-ansjetà u aktar kemm persuna bi problema tal-ansjetà tfittex l-għajnuna kmieni, aktar hemm ċans li tirkupra malajr.

Esperjenzi

Jekk tistaqsli lil persuni differenti li għandhom l-ansjetà kif iħossuhom, kullħadd ser jagħti tweġiba differenti.

Fil-vidjows t’hawn taħt tistaw taraw xi esperjenzi ta’ persuni li għandhom l-ansjetà. Ftakar li m’intix waħdek u li tistaqsu għall-għajnuna hu l-ewwel pass.

Stejjer Minn Ħajjitna

Attending Therapy

Attending Therapy

By Daniel Tihn Before delving into the article, I should first make it clear that I will be touching on some personal experiences regarding therapy and how it has helped me both in the past and the present. While I will not be going into great detail regarding past...

Mental Health & Middle-Aged Men: The Importance of Awareness

Mental Health & Middle-Aged Men: The Importance of Awareness

By Daniel Tihn Mental health has been discussed widely, so why are we writing this? Well, this article is for you, the person reading this, the person who might feel alone in a world filled with happy Facebook posts, the person who un-rightly believes that everyone...