F’lejla bħal oħrajn ma sibtekx
Iġġennint u ġejt niġri nfittxek
U hemm fit-tarf tal-irdum sibtek
Qed taħsiba ttihiex għal isfel.

Pruvajt bil-mod lejk jiena nersaq
Ma nħallikx tagħmel dak il-pass
Dak il-pass li hsiebtu int bieb
Bieb li kulma kien hu tmiem.

Xejn iżjed ma bdejt tikkalkula
L-ħajja għalik saret biss ċensura
Xejn m’għadu jzommok lura
Ħlief dawk il-ħsibijiet fik midruba.

F’moħħok jirbumbjaw elf leħen
Li int lilhom issa bdejt temmen
Ġiegħluk taħseb dak li int m’intix
Ġabuk f’pożizzjoni bla anqas taf kif.

Miegħek innifsek konfoffa ta’ kulium
Titlob l’Alla jsejjaħlek minn jum għal jum
Għajjejt tikkumbatti u tgħix ta’ giddieb
Ħajtek tintemm hu biss li issa tixtieq.

Xi ħaga iżda fija bdiet issejjaħli
Ma nħallikx minn taħt idi tiżloqli
Fi skiet nipprova ngħinek tirrealizza
Li s-siegħa tiegħek le mhix għalissa.

Bi kliem fiduċjuż pruvajt nikkonvinċik
Li din mhix is-soluzzjoni ideali għalik
Li xi ħaga ferm isbaħ qed tistennik
Tiffjorixxi dak il-potenzjal ta’ ġo fik.

Ħallih t-tgedwied jixxejjer mar-riħ
Ħallihom id-dubji jgħarqu sal-qiegħ
Ejja kuraġġ tibżax treġġa’ l-pass lura
Ħajtek ma ddumx terġa’ tieħu kulurha.

Taf iva taf li fil-profond ta’ qalbek
Dan mhux il-waqt li Alla jgħajjatlek
Il-ħin li f’sekonda twaqqaf ħajtek
Terħi kollox u ‘I dawk ta’ madwarek.

F’għajnejk nara dak li int ma tarax
Inħoss li int kapaċi tmhidd dak il-pass
L-istess pass li ħadt ftit żmien ilu jien
Il-pass li imlieli ħajti kollha lwien.